Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss: int #ReadyToChange?

Il-ħajja timxi b'rata tant mgħaġġla li mhux dejjem ikollna l-ħin biex naħsbu dwar l-impatt li l-għażliet żgħar tagħna li nagħmlu ta’ kuljum jistgħu jħallu — bħall-użu ta' kikkra tal-kafè take-away b'għatu tal-plastik jew li naċċettaw straw fix-xarba tagħna.

43 % tal-iskart fil-baħar kollu li jniġġes l-oċeani tagħna huwa magħmul minn 10 tipi ta’ oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss; kontenituri tal-ikel, kikkri tat-take-away għax-xarbiet u l-għotjien tagħhom, cotton buds, pożati (inkluż platti, stikek li jintużaw biex iħawdu x-xorb u straws), bżieżaq u l-istikek tagħhom, pakketti u materjal għat-tgeżwir, fliexken tax-xarbiet, loqom tas-sigaretti, prodotti sanitarji u basktijiet tal-plastik għax-xirja. Hekk kif inlestu nużaw dawn l-oġġetti, ħafna drabi dawn jispiċċaw fl-ambjent naturali; maħsula fuq ix-xtut jew mgħaddsa fl-oċeani tagħna. Dan l-iskart għandu impatt negattiv fuq l-ekosistemi, il-bijodiversità — u saħansitra fuq is-saħħa tal-bniedem.

Dan ma jistax jibqa’ sejjer hekk. Għandna nkunu lesti biex nibdlu l-mod kif naħsbuha dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss.

X'inhi l-kampanja dwar l-użu tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss?

Fil-5 ta’ Ġunju 2018 il-Kummissjoni Ewropea nediet kampanja ta' komunikazzjoni pubblika biex tqajjem kuxjenza dwar l-alternattivi sostenibbli għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Hija bdiet fil-Jum Dinji tal-Ambjent, li din is-sena kellu t-tema "Niġġieldu Kontra t-Tniġġis mill-Plastik". Il-kampanja tiffoka fuq l-impatt li jikkawżaw tipi differenti ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, u tenfasizza alternattivi sostenibbli, disponibbli u bi prezz raġonevoli li huma ċ-ċavetta biex tkun indirizzata din il-problema.

Il-kampanja tixħet l-attenzjoni fuq kategoriji differenti ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, inklużi cotton buds, basktijiet tal-plastik għax-xirja, kikkri tal-kafè u l-għotjien tagħhom, straws, pożati, tgeżwir għal-lollipops u għall-ħelu, u fliexken tal-plastik.

Min hi l-udjenza fil-mira?

Il-kampanja hija mmirata lejn adulti żgħażagħ u dinamiċi li huma dejjem attivi. Kif muri minn numru ta’ rapporti, studji u stħarriġ tal-opinjoni pubblika, inkluż stħarriġ tal-Ewrobarometru, il-maġġoranza l-kbira ta’ dan il-grupp hija infurmata tajjeb, u hija inkwetata mill-impatt fuq l-ambjent tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u r-riskji relatati mas-saħħa kkawżati minn skart tal-plastik u skart fil-baħar.

Iżda minkejja li l-udjenza fil-mira hija infurmata tajjeb, ma jidhirx li dan qed ikun rifless fl-għażliet tagħha ta' kuljum: in-nies i komplu jgawdu l- kafè tagħhom fil-kikkri tal-plastik take-away u jużaw straws fix-xarbiet tagħhom. Il-ħafna kampanji u immaġni li juru l-impatt tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fuq il-ħajja marina ma kkonvinċewhomx biex iwaqqfu l-użu ta' dawn l-oġġetti. J eħtieġu inċentiv ieħor — argument aktar konvinċenti.

X’tinvolvi l-kampanja?

Il-kampanja dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss tuża approċċ imqassam fi tliet stadji biex tiġbed l-attenzjoni tal-udjenza. Din tinvolvi:

  • vidjow, li jisfida l-perċezzjoni komuni dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss bħala oġġetti konvenjenti, u jservi bħala stedina biex ikun hemm aktar għarfien dwar il-kampanja.
  • kontenut tal-midja soċjali li jista’ jitqassam jippreżenta l-poter "seduċenti" tal-oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss — ir-ritwali seduċenti tagħhom — u joffri ideat u pariri dwar kif jirreżistu l-poter ta’ attrazzjoni tagħhom.
  • pjattaforma fuq l-internet informattiva, li sservi bħala l-qalba tal-kampanja u tipprovdi ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet u tal-inizjattivi tal-UE li jindirizzaw il-prodotti tal-plastik.

L-elementi kollha tal-kampanja jistiednu lill-Ewropej biex jirriflettu fuq ir-relazzjoni tagħhom mal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, u jitgħallmu aktar dwar alternattivi sostenibbli.

Is-sezzjoni tal-PR tal-kampanja tipprovdi elementi bħal dossier għall-istampa, viżwali rilevanti u skedi informattivi.

Il-kampanja qed tindirizza lill-Ewropej kollha, b'ħafna elementi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Għandha enfas i speċjali fuq l-Istati Membri tal-UE fil-mira li ġejjin: il-Bulgarija, il-Greċja, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u Spanja, u l-materjal kollu huwa disponibbli fil-lingwi ta’ dawn il-pajjiżi.

X’inhu l-kuntest ta’ din il-kampanja?

L-inizjattiva dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss hija parti mill-aġenda dwar l-Ekonomija Ċirkulari tal-UE li għandha skop usa’, u li tinkludi l-ewwel Strateġija dwar il-Plastik fid-dinja: kampanja wiesgħa madwar l-UE kollha biex iżżid l-għarfien dwar l-iskart ta’ prodotti tal-plastik u t-tranżizzjoni tagħna lejn ekonomija aktar sostenibbli u ċirkolari. Il-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni tnediet biex tikkumplimenta u tippromwovi miżuri ġodda biex tindirizza l-problema mil l-għeruq tagħha, inklużi miri ta' tnaqqis u ġbir, obbligi għal produtturi, u miżuri ta’ sensibilizzazzjoni.